“Hawn rabja kbira, żommu l-kalma”- Franco Debono

L-eks Deputat Nazzjonalista, Dr. Franco Debono appella lill-partitarji Nazzjonalisti biex iżommu l-kalma. Dan qalu fid-dawl tal-fatt li ftit tal-minuti ilu Chris Said u Claudette Buttigieg f’isem 19-il Deputat li sfiduċjaw lil Adrian Delia marru għand il-President ta’ Malta jitolbuh biex ineħħi lil Delia minn Kap tal-Oppożizzjoni. Huma pproponew lil Therese Comodini Cachia bħala s-suċċessur.

Debono żied jgħid li bħalissa hawn “rabja kbira fost in-Nazzjonalisti”. Huwa appella għall-kalma.

Share With: