Iċ-champions Floriana jibdew id-difiiża tat-titlu kontra Gzira United

Iċ-champions Floriana se jiddefendu s-26 titlu fl-istorja glorjuża tagħhom kontra Gzira United fl-ewwel partita tagħhom mill-istaġun 2020/21. Dan filwaqt li wkoll fl-ewwel ġurnata m’hemmx dubju li tispikka l-partitissima bejn ir-rivali Valletta u Birkirkara.

Dan wara li nhar il-Ġimgħa ttellgħu l-poloz tal-Kampjonati Nazzjonali mis-Segretarju Ġenerali tal-MFA, Dr Angelo Chetcuti u l-ex player internazzjonali ta’ Valletta, Nicky Saliba … fil-preżenza tad-Direttur tal-Football Operations fi ħdan l-MFA Stephen Azzopardi.

Is-sitt partiti l-oħra għall-ewwel ġurnata huma:

Hamrun Spartans v Sirens,

Zejtun Corinthians v Santa Lucia,

Sliema Wanderers v Hibernians,

Lija Athletic v Senglea Athletic,

Mosta v Gudja United  

Tarxien Rainbows v Balzan.

Kampjonat BOV Premier

Sittax-il team se jkunu qed jieħdu sehem f’dan il-kampjonat li se jkun qed jintlagħab fuq żewġ rounds.

Il-kampjonat se jibda fil-11 ta’ Settembru u jintemm fil-25 ta’ April bil-Play-Out tintlagħab nhar it-30 ta’ April. Il-partiti se jkunu qed jintlagħbu bejn il-Ġimgħa u l-Ħadd fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali li se jkun utilizzat kemm is-Sibt kif ukoll il-Ħadd, is-Centenary Stadium ukoll f’Ta’ Qali u l-Hibernians Stadium f’Kordin.

Erba’ timijiet se jkunu relegati u t-team li jispiċċa fit-12-il post se jkun qed jilgħab il-Play-Off kontra t-team li jtemm fit-tielet post fiċ-Challenge League.

Share With: