Ikkanċellat il-marċ tal-5 ta’ Awwissu f’Ħal Lija… “is-saħħa tiġi qabel kollox”

Minn MELVIN FARRUGIA

Il-Kumitat tas-Soċjetà Mużikali San Pio X ħabbar li wara pariri li ħa minn esperti mediċi, iddeċieda li l-marċ li kien se jsir fil-5 ta’ Awwissu, jiġi kkanċellat. Spjegaw li dan il-pass qed jittieħed biex tiġi salvagwardjata s-saħħa u s-sigurtà tal-poplu ta’ Ħal Lija u anke ta’ dawk li jattendu għal dan il-marċ. Saħqu li s-saħħa tiġi qabel kollox.

Intant, jidher li l-Marċ li hu ppjanat li jsir nhar il-Festa ta’ Sen Gejtanu fil-Ħamrun mistenni wkoll ikun is-suġġett ewlieni f’diskussjonijiet li mistennija jsiru bejn l-għaqda mużikali San Ġejtanu u l-Għaqda mużikali San Ġużepp. Fil-fatt, mistennija jsiru diskussjonijiet bejn iż-żewġ każini u l-awtoritajiet tas-saħħa.

Share With: