Il-Beltin jiċċelebraw il-festa tal-Madonna tal-Karmnu

Ritratti: ALAN SALIBA

Folla ġmielha aċċettat l-istedina ta’ kull sena li tattendi għall-festa tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta.

Dalgħodu saret il-quddiesa pontifikali presjeduta minn kleru ta’ patrijiet u monsinjuri li għaliha attenda fost persuni oħra l-President tar-Repubblika George Vella. Fost il-karatteristiċi li jispikkaw hija li d-devoti Karmelitani dehru lebsin il-laptu.

Din is-sena din il-festa kienet qiegħda tfakkar l-450 sena mill-wasla tal-Karmelitani fil-post fejn hemm il-kunvent u 125 sena mill-għoti tat-titlu ta’ Bażilika.

Intant illejla jkomplu ċ-ċelebrazzjonijiet b’pellegrinaġġ mat-toroq tal-Belt skont ir-restrizzjonijiet emendati b’diskussjoni bejn l-awtoritajiet tas-saħħa u l-Kurja.

Share With: