Il-BNF joħloq spazju għall-impjegati biex jagħtu daqqa t’id fil-komunità

BNF Bank isaħħaħ l-impenn lejn il-kommunita’ lokali billi jrawwem kultura ta’ empatija u inklużżjoni permezz tal-programm ta’ responsabbiltà soċjali korporattiva. F’dan ir-rigward, il-Bank ħoloq spazju għall-impjegati biex jirrakomandaw u jgħinu f’inizjattivi għall-azzjoni kommunitarja.  Bil-għan li jingħata leħen lill-partijiet vulnerabbli tas-soċjeta’ matul l-ewwel nofs ta’ l-2020, l-Bank u l-impjegati għenu sitt għaqdiet voluntarji u organizazzjonijiet mhux għall-profitt fil-missjoni tagħhom  biex jgħinu nies vulnerabbli u familji f’sitwazzjonijiet diffiċli.

Il-Bank beda s-sena billi offra għajnuna lis-Sorijiet tal-Orsolini, magħrufin aħjar fost ħafna bħala ‘Tal-Creche’, u rinomati għad-dedikazzjoni u impenn sod lejn it-tfal.  Id-devozzjoni, l-imħabba u l-affezzjoni lejn it-tfal taħt il-kustodja tagħhom hija ammirevoli.  BNF Bank għen ukoll lill-għaqda mhux governattiva li tamministra Dar Maria Dolores li tgħin nisa vulnerabbli li jinsabu f’sitwazzjoni ta’ emerġenza u tgħinhom jiksbu lura kontroll fuq ħajjithom.

BNF Bank jagħraf li l-aktar sfidi diffiċli fis-soċjeta’ huma mdawwrin bi traġedji.  Kien għalhekk li l-impjegati ta’ BNF Bank, ħassew il-ħtieġa li jiġbru fondi għal ĊAMYouths, għaqda mhux governattiva li għamlet mezz li tgħin lill-familja ta’ Miriam Pace; mara maħbuba u omm ta’ żewgt itfal li tilfet ħajjitha traġikament waqt xogħlijiet ta’ konstruzzjoni biswit id-dar tagħha.

Inizjattiva oħra għal qalb it-tim ta’ BNF hija l-għarfien ta’ kull sena għax-xahar iddedikat għal-awtiżmu, li din is-sena ħa xejra differenti minħabba COVID-19.  Minkejja li ħafna ħaddiema ħadmu minn djarhom waqt il-pandemija, xorta waħda  wieġbu għall-okkażżjoni billi libsu ħwejjeġ blu biex b’hekk appoġġjaw lill-Fondazzjoni Inspire fil-missjoni tagħhom li jgħinu nies awtistiċi.     

B’żieda sostanzjali f’talbiet minn oqsma differenti tal-kommunita’ minħabba l-pandemija, BNF u l-impjegati aċċettaw is-sejħa għall-għajnuna minn Foodbank Lifeline Foundation u ingħatat għotja t’ikel biex jgħin jitma’ 270 il-membru ta’ familja. Sfortunatament, Foodbank ma kinitx l-unika fondazzjoni li esperjenzat nixfa fil-fondi matul dawn l-aħħar xhur ta’ sfida.  Richmond ukoll ħadet daqqa fi żmien meta s-servizzi kienu l-aktar mitluba.  Permezz ta’ l-inizjattiva ‘Id-Don tat-Terapija’, BNF Bank seta’ jiffinanzja numru ta’ sessjonijiet ta’ terapjia ta’ saħħa mentali b’xejn biex jgħin lil dawk li  għandhom bżonnhom iżda li ma jifilħux iħallsu għalihom.

L-għan tal-Bank huwa li jgħin kawżi li jagħmlu differenza lill-komunita’ li naħdmu fiha.

Share With: