Il-club ta’ Roma għand sidien Sud-Amerikani?

Il-futur tal-club ta’ AS Roma baqa’ mdendel sa minn meta kien hemm in-nuqqas ta’ ftehim bejn is-sid preżenti James Pallotta u Friedkin Group. Dan kollu seta’ jfisser li l-club mill-belt kapitali Taljana jgħaddi għand sidien ġodda iżda wara l-pandemija tal-Covid-19 u d-diffikultajiet finanzjarji li ġabet magħha, ma kienx hemm ftehim fuq bażi finanzjarja.

Issa ħarġet l-aħbar li l-ogħla awtoritajiet tal-Giallorossi jinsabu f’taħditiet ma’ kumpanija mill-Amerika t’Isfel sabiex forsi jsir xi forma ta’ ftehim u James Pallotta bil-mod il-mod ineħħi piż li jidher li qed isir wieħed tqil. 

Sadanittant sar magħruf li ladarba jsir ftehim ma’ din il-kumpanija, l-attakkant internazzjonali Urugwajan, Edinson Cavani, jkun jista’ jingħaqad magħhom.

Share With: