Il-Ferrari jkollhom ibiddlu d-disinn tal-karozza tal-Formula 1

Il-Ferrari kellhom ibiddlu d-disinn tal-karozzi tagħhom għall-Formula 1 peress li sabu diversi nuqqasijiet meta saru t-testijiet qabel beda l-istaġun fi Frar. 

Il-Kap tat-tim, Mattia Binotto qal li x-xogħol biex jifhmu x’kien qed iwassal li l-karozza ma tkunx f’postha wassalhom biex jagħmlu diversi bidliet fl-iżvilupp tagħha. 

Minħabba f’hekk, għal tmiem il-ġimgħa li ġej fl-Awstrija, il-Ferrari se jkollhom itellqu bil-karozza kif kienet. Imbagħad ikun fil-Grand Prix tal-Ungerija li jagħmlu debutt bil-karozza l-ġdida. 

Binotto qal li t-tim ġie sforzat li jirrevedi l-aproċċ aerodinamiku wara li investigaw x’wassal biex il-karozza ma tmurx tajjeb. 

Share With: