Il-ftehim tal-‘wind farm’ fil-Montenegro fil-Parlament

Il-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma Michael Farrugia se jpoġġi fil-Parlament il-ftehim li l-Enemalta iffirmat dwar il-‘wind farm’ fil-Montenegro.

Kien id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi li talbu biex ipoġġi fil-Parlament il-ftehim iffirmat mill-eks-Ministru Konrad Mizzi fil-11 ta’ Novembru 2015.

Waqt li nfurmah li se jagħmel dan fil-jiem li ġejjin u li m’għandux problema jagħmel dan, Farrugia iċċara li l-ftehim għandu data differenti minn dik li semma Azzopardi u żied li kopja tiegħu diġà għaddiet għand il-Pulizija.

Share With: