Il-gvern jirreaġixxi għall-‘SDG Index and Dashboards Report 2020’

L-SDG Index and Dashboards Report 2020, ippubblikat minn Bertelsmann Stiftung u min-Network ta’ Soluzzjonijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli klassifikaw lil Malta fit-32 post minn fost 166 pajjiż, b’total ta’ 76 punt (0 tfisser l-agħar prestazzjoni u 100 tfisser l-aqwa). 

Din il-marka tikkonferma li mill-ġdid reġgħet ingħatat garanzija tal-impenn kontinwu tal-gvern sabiex sal-2030 jinkisbu l-għanijiet u l-miri stabbiliti min-Nazzjonijiet Uniti. 

Bħala reazzjoni għal din l-evalwazzjoni, il-Ministru Carmelo Abela rrimarka li Malta żammet ir- riżultati tajbin tagħha fir-rigward ta’ SDG 1 (L-ebda Faqar), SDG 4 (Edukazzjoni ta’ Kwalità), SDG 7 (Enerġija Affordabbli u Nadifa) u SDG 8 (Xogħol Diċenti u Tkabbir fl-Ekonomija). Sadanittant jidher li hemm sinjali ta’ titjib bil-mod fil-każ tal-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli l-oħra kollha, ħlief għal SDG 10, 12 u 13. 

Il-Ministeru fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru (responsabbli għall-Iżvilupp Sostenibbli) irrimarka li filwaqt li hemm sinjali ta’ titjib kontinwu, hemm bżonn li jsir aktar xogħol sabiex jinkisbu l- għanijiet u l-miri tal-Aġenda 2030. Għal dan l-għan, id-Direttorat tal-Iżvilupp Sostenibbli qed jaħdem fuq għadd ta’ inizjattivi li l-iskop tagħhom huwa li jissimplifikaw il-prinċipji ta’ żvilupp sostenibbli fil-ħidma tal-gvern b’mod ġenerali. 

Share With: