Il-GWU u l-ITS jestendu l-istudy leave lil hinn mill-eżamijiet

Ħaddiema tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) se jkunu jistgħu jgawdu minn ‘study leave’ lil hinn minn eżami.

Dan wara qbil bejn l-istess ITS u l-GWU li tirrappreżenta numru ta’ ħaddiema f’taqsimiet varji fosthom l-amministrazzjoni, il-manutenzjoni, ‘counsellers’ u kċina.

Il-ftehim kollettiv kien jaħseb għal ħamest ijiem ta’ studju qabel l-eżami imma r-realtajiet tal-lum wasslu biex iż-żewġ naħat jidħlu f’diskussjonijiet ħalli jgħinu lill-ħaddiema jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom.

Dan wassal biex l-istess ‘study leave’ ġie estiż ukoll għal ‘assignments’ u riċerka minn dan ix-xahar.

F’isem il-GWU mexxa dawn it-taħdidiet is-Segretarju tat-Taqsima Gvern u Entitajiet Pubbliċi Kendrick Bondin.

Il-ħsieb tal-GWU wara din l-estensjoni kienet biex tkompli tippromwovi t-tagħlim matul il-ħajja.

Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli laqgħet b’mod pożittiv dan il-ftehim li jkompli jinvesti fir-riżorsa umana.

Share With: