Il-kampjonat Brażiljan mistenni jkompli

Il-federazzjoni Brażiljana tal-football (CBF) ikkonfermat li  qed tippjana bit-tkomplija tal-kampjonat tal-pajjiż, nhar il-Ħadd 9 ta’ Awwissu. Minkejja din id-dikjarazzjoni, hemm diversi stati li mhumiex jaqblu ma’ din id-deċiżjoni aktar u aktar meta hemm diversi stati fejn il-pandemija tal-coronvirus għolliet rasha mhux ħażin. Fil-fatt in-numru ta’ vittmi qed dejjem jikber iktar ma qed jgħaddi ż-żmien u issa laħaq ċifra ta’ 65,000.

S’issa beda l-kampjonat ta’ Rio de Janeiro għalkemm il-gvernatur ta’ Sao Paolo, Joao Doria, iddikjara li t-timijiet tal-istat tiegħu mhux se jieħdu sehem la fil-kampjonat nazzjonali u lanqas f’dak statali.

Min-naħa tagħha, is-CBF irrispondiet billi qalet li 19 mill-20 team li jiffurmaw l-ogħla kampjonat tal-pajjiż ivvutaw għat-tkomplija ta’ dan il-kampjonat li ilu nieqes minn Marzu li għadda.

Share With: