Il-każi attivi aktar minn jirduppjaw f’24 siegħa wara li jiġu rapportati 14-il każ ġdid

In-numru ta’ każi attivi aktar minn irdoppjaw fi żmien 24 siegħa wara li minn 1,220 swab test li saru kien hemm 14-il persuna li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19.

Dan wassal biex in-numru ta’ każi attivi issa tela’ għal 26, bin-numru ta’ persuni infettati bil-Covid-19 sa minn Marzu li għadda issa jammonta għal 700.

Minn dawn kien hemm 665 persuna li rkupraw, b’disa’ persuni jmutu kaġun ta’ kumplikazzjonijiet li rriżultaw mill-virus.

Share With: