Il-każi attivi jinżlu għal 3; It-tmien jum mingħajr każi ġodda

Il-każi attivi ta’ persuni infettati bil-Covid-19 f’pajjiżna niżel għal tlieta wara li għat-tmien jum konsekuttiv ma kienu reġistrati l-ebda każi ġodda. Intant matul dawn l-aħħar 24 siegħa persuna kienet rapportata li rkuprat mill-virus.

Matul l-aħħar 24 siegħa saru 930 swab test, biex it-total kumplessiv issa  tela’ għal 111,555.

Share With: