Il-każi attivi ta’ Covid-19 jibqgħu 4

In-numru ta’ każi attivi ta’ persuni infettati bil-Covid-19 baqa’ ta’ erbgħa, hekk kif matul l-aħħar 24 siegħa ħadd ma rriżulta pożittiv għall-coronavirus mid-959 swab test li saru.

In-numru kumplessiv ta’ swab tests li saru f’pajjiżna minn Marzu li għadda intant tela’ għal 114,779 test.

Filwaqt li ma kien irreġistrat l-ebda każ ġdid, fl-istess waqt ħadd ma kien irreġistrat bħala li rkupra mill-virus, li s’issa ħalla disa’ vittmi f’pajjiżna, minn total ta’ 677 każ reġistrati.

Share With: