Il-każi attivi ta’ Covid-19 jinżlu għal erbgħa

In-numru ta’ każi attivi ta’ persuni infettati bil-Covid-19 niżel għal erbgħa. Dan hekk kif mid-985 swab test li saru matul l-aħħar 24 siegħa ma rriżulta l-ebda każ ġdid, filwaqt li persuna kienet irreġistrata bħala li rkuprat mill-virus.

Sa mill-bidu tal-pandemija, b’kollox saru 109,538 swab test, b’674 persuna tirriżulta pożittiva għall-coronavirus. Minn dawn irkupraw 661 persuna, filwaqt li disa’ persuni mietu kaġun tal-virus.

Share With: