Il-Knisja tgħid li l-marċi mhumiex responsabbiltà tagħha

Il-Knisja appellat biex in-nies tosserva d-direttivi dwar il-prevenzjoni tal-Covid-19 hekk kif mitlub mill-awtoritajiet tas-saħħa.

Fl-istess waqt il-Knisja qalet li minkejja li għal din is-sena qed torganizza l-festa fil-parroċċa u fi knejjes oħrajn b’quddiesa u pellegrinaġġ biss, attivitajiet oħrajn bħalma huma l-marċi mhumiex responsabbiltà tagħha imma tal-entità li torganizzahom u tal-awtorità ċivili li tawtorizzahom.

Il-Knisja temmet tgħid li fil-każ tal-marċi r-responsabbiltà hi tal-każini tal-banda u tal-Pulizija.

Share With: