Il-konsorzju mis-Sawdi Arabja jirtira mill-bejgħ ta’ Newcastle United

Il-proposta takeover ta’ Newcastle United minn konsorzju bbakkjat mis-Sawdi Arabja, intemmet wara li l-grupp ħabbar li kien qed itemm l-interess tiegħu fin-negozju.

“B’dispjaċir għall-kommunitá ta’ Newcastle u s-sinjifikanza tal-club tal-football tagħhom ħadna d-deċiżjoni li nirtiraw l-interess tagħna li niksbu lil Newcastle Uni­ted Football Club,” qal il-grupp.

Il-bord tal-Premier League kien qed jeżamina l-proposta bħala parti “mit-test tas-sidien u tad-diretturi,” li jevalwa d-disponibbiltá tal-gruppi tas-sidien.

Madankollu, il-kap eżekuttiv Richard Masters ix-xahar li għadda ssuġġerixxa li l-proposta takeover saret komplikata.

“Aħna qed nissorveljaw is-sitwazzjoni u ninsabu f’kuntatt mal-awtoritajiet lokali kompetenti,” qalet stqarrija rilaxxata mill-UEFA. “Il-logħba hija skedata li tintlagħab f’Barċellona kif kien ippjanat.”

Il-kollass tat-takeover tħalli lil Mike Ashley ikompli fil-kontroll ta’ Newcastle għalkemm rapporti fil-media Britannika ssuġġerew li jista’ ikun hemm offerta rivali min-negozjant Amerikan, Henry Mauriss.

Share With: