Il-Maltin l-inqas li jiddivorzjaw fl-UE

Matul l-2017 il-Maltin u l-Għawdxin kienu l-inqas ċittadini fl-UE li iddivorzjaw.

Ċifri tal-Eurostat juru li matul din is-sena Malta, flimkien mal-Irlanda, kellha medja ta’ 0.7 divorzji għal kull 1,000 persuna segwiti mis-Slovenja b’1.1 u l-Bulgarija, il-Kroazja u l-Italja b’1.5.

B’kuntrast, il-Latvja u l-Litwanja kellhom 3.1 divorzji għal kull 1,000 persuna segwiti mid-Danimarka bi 2.6% u l-Iżvezja bi 2.5%.

Il-medja fl-UE kienet ta’ żewġ divorzji għal kull 1,000 li mhux biss kien id-doppju ta’ Malta imma anke dak tad-divorzji fl-UE fl-1965.

Share With: