Il-Maltin li ma jaffordjawx isiefru jonqsu bi 30%

Fl-aħħar 10 snin naqsu bi 30% il-Maltin u l-Għawdxin li ma jaffordjawx li jieħdu vaganza ta’ ġimgħa.

Ċifri tal-Eurostat juru waqt li fl-2009 kienu 64% li ma affordjawx iħallsu għal ġimgħa vaganza, fl-2019 dawn niżlu għal 30%.

Dan kien it-tieni l-ikbar tnaqqis fost il-pajjiżi tal-UE wara l-Latvja li r-rata tagħha naqset b’35%.

Matul l-2019 il-medja tal-Ewropej li ma jaffordjawx isiefru kienet ta’ 29% bir-Rumeni l-iktar li ma jaffordjawx isiefru b’54% u l-Iżvezja l-inqas b’10%.

F’din is-sena wkoll kienu biss l-Italja u l-Greċja fejn żdiedu n-nies li ma jaffordjawx isiefru meta mqabbel mal-2010.

Share With: