Il-Maratona Oħloq Tbissima tkompli wara s-suċċess tal-ewwel sigħat

L-ewwel ftit sigħat tal-maratona Oħloq Tbissima l-bieraħ il-Ġimgħa, kienet ta’ suċċess għall-fatt li l-Maltin u l-Għawdxin fehmu l-bżonn li għandna biex nibagħtu  l-kontribuzzjonijiet lill-missjunjari Maltin fil-Peru, Pakistan u l-Filippini.  

Fix-xandira fuq Fliving, One u Net TV setgħu jaraw anke lil dawn il-missjunarji permezz ta’ skype, u setgħu verament jisimgħu kemm għandhom bżonnijiet il-fqar, kemm għandhom bżonn jibqgħu jagħtu l-ikel kuljum, għaliex dawn il-fqar anke tilfu x-xogħol peress li ilhom magħluqin id-dar għal dawn l-aħħar xhur.

Illum ukoll qed jixxandru fuq l-istazzjonijiet imsemmija inkluż TVM2 mill-5.00 p.m sa nofsillejl 

Min ikun irid jagħti l-kontribuzzjoni tiegħu jista’ jagħmel dan billi jċempel fuq in-numri li jkunu qed jidhru fuq l-iscreen, Wieħed jista’ jagħti l-kontribuzzjoni tiegħu minn issa billi jċempel fuq dawn n-numri:

51002031 – €20

51902080 – €50

Wieħed jista’ ukoll jibgħat SMS:

50619285 – €11.65

Il-linja tal-pleġġ – 21445544 jew jagħtu l-kontribuzzjoni tagħhom billi jżuru l-website www.ohloqtbissima.com,  jew jiġu d-Dar ta’ San Ġużepp mill-5.00pm sal-10.30pm .

Share With: