Il-Ministeru għas-Saħħa jiċħad li tfajla li attendiet għal ‘prom’ setgħet infettat lil oħrajn

Il-Ministeru għas-Saħħa u s-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika f’kummenti li taw lil Inewsmalta ċaħdu messaġġi li qed jiċċirkolaw fuq il-midja soċjali li kien hemm studenta li attendiet għal ‘prom’ ta’ skola kienet infettata bil-Covid-19 waqt l-istess attività.

Fil-kummenti mogħtijin lilna kemm il-Ministeru għas-Saħħa u kif ukoll is-Sovrintendenza tas-Saħħa qalu li l-istudenta inkwistjoni ma kinitx ta’ riskju għal dawk li attendew l-attività.

Intant kummenti fuq il-midja soċjali kienu qed jinkoraġġixxu lil kull min attenda din l-attività biex jagħmel swab test.

Share With: