Il-Ministeru tas-Saħħa jiċħad li kien hemm xi każ ta’ COVID-19 fi Skolasajf tal-Pietà

Minn MELVIN FARRUGIA

Il-Ministeru tas-Saħħa kkonferma li mhuwiex minnu li kien hemm xi każ ġdid ta’ COVID-19 fi Skolasajf tal-Pietà.

Kien ftit tal-ħin ilu li bdiet tiċċirkola aħbar fuq il-midja soċjali fejn ġie suġġerit biex l-istaff, il-ġenituri u anke t-tfal tal-Skolasajf Pietà jmorru jagħmlu swab.

Inewsmalta tkellem mal-Ministeru tas-Saħħa li ċaħad li hemm xi każ minn din l-iskola. Fl-istess, waqt il-Ministeru appella biex ma jkunx hemm min ixerred informazzjoni ħażina f’dan il-mument hekk delikat.

Share With: