Il-player Farid El Malali jerġa’ jinqabad jimmasturba fil-pubbliku

Il-player ta’ Angers fi Franza, Farid El Malali, ittieħed fil-kustodja tal-pulizija iktar kmeini matul din il-ġimgħa talli allegatament deher jimmasturba fil-pubbliku.

Il-winger Alġerin ġie mistoqsi mill-pulizija lokali wara li nqabad jagħmel atti indiċenti fil-pubbliku għat-tieni darba f’temp ta’ ġimgħat.

El-Melali diġá huwa ppreparat li jaffaċċja smigħ fil-qorti iktar tard matul din is-sajf wara li fix-xhur li għaddew ġie arrestat mill-pulizija Franċiża wara li nqabad jimmasturba fil-pubbliku.

L-avukat ta’ El Melali, Sandra Chirac Kollarik qalet: “Farid El Melali ġie nterrogat matul il-jum tal-Erbgħa mis-servizzi tal-pulizija ta’ Angers, rigward atti li huwa wettaq matul il-perjodu ta’ ħelsien mill-arrest, li huwa aċċetta, u li dwaru diġá kien ġie mistoqsi qabel ittieħed il-qorti.

“Għal darb’oħra Farid El Melali wieġeb għal mistoqsijiet kollha li ġie mistoqsi u għalhekk setgħu isiru l-invetigazzjonijiet kollha neċessarji, u għalhekk is-smigħ tiegħu ingħalaq malajr.”

B’rispons għall-aħħar rapporti, il-president ta’ Angers Fabrice Favetto-Bon qal: “Aħna diġá għamilna l-istqarrijiet neċessarji rigward dan il-fatt. Ħadna nota wkoll tal-apoloġija tal-player.”

“Ovvjament din it-tip ta’ mġieba, mingħajr ma nidħlu fil-każ tal-Qorti, mhijiex konformi mal-valuri tal-club u r-rikjesta tagħna mill-players hija li jkunu ta’ eżempju. Il-proċess għadu għaddej.”

Share With: