Il-Pulizija bi tfittxija għal ħallelin li serqu grupp ta’ Maltin fil-White Rocks

Allegatament użaw arma tan-nar biex iwettqu s-serqa fuq grupp ta’ sitt Maltin

Il-Pulizija ta’ Malta għaddejja b’operazzjoni ta’ tfittxija għal numru ta’ nies li allegatament serqu xi basket ta’ grupp ta’ sitt Maltin li kienu qed jgħumu taħt il-White Rocks f’Pembroke aktar kmieni llum wara nofsinhar.

Jidher li allegatament, il-ħallelin użaw arma tan-nar biex ibeżżgħu lill-grupp u jwettqu s-serqa. Skont l-informazzjoni li għandha l-Pulizija, l-ħallelin kienu mgħammdin.

Biex jgħinu fl-investigazzjoni tagħha, l-Pulizija elevat il-filmati ta’ kameras tas-sigurtà li jgħassu l-madwar.

Share With: