Il-Pulizija taġġorna dwar il-kundizzjoni ta’ Theuma … Jibqa’ jinżamm fl-ITU

Il-Pulizija fi stqarrija maħruġa minnha ftit tal-ħin ilu kkonferma li kundizzjoni ta’ Melvin Theuma baqgħet stabbli u għadu qiegħed jinżamm fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei.

Theuma, deskritt bħala l-middleman fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, iddaħħal l-Isptar Mater Dei fil-periklu tal-mewt it-Tlieta filgħaxija kawża ta’ ġrieħi serji li sofra f’idu u l-istonku.

Il-Pulizija ddikjarat li huwa ammetta li kien hu li ta b’sikkina lilu nnifsu anke jekk fuq il-media soċjali bosta kienu dawk, inkluż partitarji Nazzjonalisti, li baqgħu jiddubutaw dan.

Share With: