Il-Vjetnam jirrapporta l-ewwel vittma tal-coronavirusr

Il-Vjetnam ikkonferma l-ewwel fatalità relatata mal-coronavirus. Il-vittma huwa raġel anzjan li kien irriżulta pożittiv f’Danang.

Danang hija l-belt fejn reġgħu feġġew każi ta’ coronavirus fil-pajjiż wara 100 jum. Ir-raġel ta’ 70 sena miet aktar kmieni llum.

Il-Ministeru għas-Saħħa tal-Vjetnam ikkonferma total ta’ 509 każi ta’ Covid-19. Madankollu 369 pazjent irkupraw u ġew rilaxxati mill-isptarijiet.

L-aħħar 45 każ kienu lkoll relatati ma’ sptarijiet f’Danang.

Il-Gvern nieda testijiet tal-massa kontra l-coronavirus fil-kapitali Hanoi. Dan filwaqt li għalaq postijiet turistiċi, u waqqaf kull forma ta’ attivitajiet tal-massa fil-hib ekonomika tal-pajjiż. Fl-istess waqt ħeġġeġ lil għexieren ta’ eluf ta’ turisti domestiċi biex jinformaw lill-awtoritajiet hekk kif il-Gvern qed jikkonsidra miżuri ġodda biex jikkontrolla l-imxija tal-virus.

Share With: