Illum bdiet il-votazzjoni li tista’ tikkonferma lil Daniel Micallef bħala Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-PL

Dalgħodu bejn id-9:00 a.m u 12:00 p.m fid-daħla taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista żvolġiet il-votazzjoni bikrija biex Daniel Micallef jiġi kkonfermat fil-kariga ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista. Tul dawn it-tliet sigħat ivvutaw numru ta’ delegati li rreġistraw biex jivvutaw kmieni.

Il-votazzjoni tkompli s-Sibt li ġej, 25 ta’ Lulju, u d-delegati li se jivvutaw għandhom jieħdu magħhom mezz ta’ identifikazzjoni biex jingħataw il-polza tal-vot u jeżerċitaw id-dritt tagħhom.

B’kollox, 762 delegat tal-Partit Laburista huma eliġibbli li jivvutaw.

Ir-riżultat uffiċjali se jitħabbar il-Ħadd filgħodu waqt il-Konferenza Ġenerali Straordinarja tal-Partit Laburista fir-Rialto f’Bormla.

Share With: