Illum issir il-preżentazzjoni liċ-champions Floriana

Proprju llum Floriana se jkunu nku­runati champions għas-26 darba fl-istorja tal-club wara li rebħu l-Kampjonat Premier 2019-20 f’ċir­kostanzi straordinarji minħabba l- pan­demija tal-Covid-19.

Il-preżentazzjoni se ssir mill-ogħla awtoritajiet tal-MFA kif ukoll minn rappreżentanti tal-BOV li huma l-isponsors ewlenin.

Din se ssir fit-8.00 pm, fi Triq Sant’Anna, bil-palk prinċipali se jkun armat ħdejn il-Funtana tal-Iljun.

Għal din l-okkażjoni se jsir programm varjat li se jibda fil-5.30 pm, bil-banda Vilhena tgħaddi mit-toroq tal-Floriana. Wara l-preżentazzjoni, il-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet jintlaħ­qu ħdejn il-każin, fuq il-Fosos.

Illum se jsiru wkoll il-preżentaz­zjonijiet liċ-champions tat-Tielet Diviżjoni Attard – fis-7.00 pm, ħdejn il-clubhouse fi Triq Ħal Warda, … u liċ-champions tal-futsal, Luxol St Andrew’s – fis-6.00 pm, fit-Trophies Loun­ge tal-Istadium Nazzjonali. 

Il-bieraħ saru tliet preżentazzjonijiet liċ-champions tal-Ewwel Diviżjoni, Zejtun Corinthians (fil-pjazza ewlenija), liċ-champions tat-Tieni Diviżjoni, Marsa (ħdejn il-clubhouse) u liċ-champions tal-kampjonat tan- nisa, Birkirkara (fil-ground tal-Infetti). 

Share With: