Illum jittellgħu l-poloz tal-UCL u tal-UEL

Il-poloz tal-kwarti-finali, tas-semi-fnali u tal-finali tal-UEFA Champions League u tal-UEFA Europa League 2019-20 se jsiru llum fil-kwartieri tal-UEFA f’Nyon, l-Isvizzera f’12.00 pm u fis-1.00 pm rispettivament.

It-timijiet involuti fiċ-Champions League li erbgħa minnhom diġá jinsabu fl-aħħar tmienja, huma dawn:

Atalanta (Italja), Atletico Madrid (Spanja), RB Leipzig (Ġermanja) u Paris St-Germain (Franza).

Fl-erba’ logħbiet l-oħra għad trid tintlagħab it-tieni leg li jidhru hawn taħt bil-riżultat tal-ewwel leg:

Bayern Munich (Ġermanja) v Chelsea (Ingilterra) 3-0.

Barcelona (Spanja) v Napoli (Italja) 1-1.

Manchester City (Ingilterra) v Real Madrid (Spanja) 2-1.

Juventus (Italja) v Lyon (Franza) 0-1.

Il-polza tal-finali se tiddetermina min se jkun ‘home’ għal raġunijiet amministrattivi.

Minħabba l-pandemija tal-coronavirus mill-kwarti-finali ‘il quddiem l-logħob se jintlagħab fil-Portugall fuq logħba waħda fl-istadiums ta’ Benfica u Sporting Lisbon.

UEFA EUROPA LEAGUE

It-timijiet involuti jinkludu r-rebbieħa tal-Aħħar 16 li s’issa ħadd għadu ma għadda minnhom. Il-logħbiet li tagħhom intlagħbet l-ewwel leg bir-riżultat tagħhom, huma:

Copenhagen (Danimarka) v Istanbul Besaksehir (Turkija) 0-1.

Wolves (Ingilterra) v Olympiakos (Greċja) 1-1.

Leverkusen (Ġermanja) v Rangers (Skozja)  3-1.

Shakhtar Donetsk (Ukrajna) v Wolfsburg (Ġermanja) 2-1.

Basel (Svizzera) v Eintracht Frankfurt (Ġermanja) 3-0.

Manchester United (Ingilterra) v LASK (Awstrija) 5-0.

*Inter (Italja) v Getafe (Spanja).

*Sevilla (Spanja) v Roma (Italja)

*Se jintlagħġbu fuq logħba waħda.

Mill-kwarti-finali ’l quddiem il-logħob se jsir f’dawn l-erba’ stadiums fil-Ġermanja: Cologne, Duisburg, Dusseldorf u Gelsenkirchen.

Share With: