In-neputija ta’ Trump tgħid li l-familja tagħha waqqgħet għaċ-ċajt lil Melania Trump meta dan laqqagħha magħhom

Fi ktieb meqjus espliċitu, miktub minn Mary Trump u li kien ippubblikat ilbieraħ, hemm miktub li l-familja ta’ Trump iddiħqet u waqqgħet għaċ-ċajt lil Melania Trump meta Donald Trump laqqagħha magħhom għal-ewwel darba. 

Fil-ktieb, intitolat ‘How my family created the world’s most dangerous man’ Mary Trump, tispjega kif waqt l-ikla f’Jum il-Missier fi Trump Tower, ħu Trump għadda kumment sessist fejn qal, “kulħadd jaf għalfejn din (Melania Trump) qiegħda hawn.” Kompiet tgħid li dakinhar, Melanie ma tantx tkellmet, minħabba li ftit li xejn kienet titkellem Ingliż tajjeb. 

Matul il-ktieb, Mary Trump tikteb dwar mumenti oħrajn fejn Trump għadda rimarki sessisti anke fil-konfrant tagħha. Fil-fatt hi tgħid li, f’okkażjoni minnhom, fi btala li l-familja Trump kellhom f’Mar-o-Lago, Trump irrimarkalha x’ġisem għandha, hekk kif kienet se tgħum. 

Share With: