“Int kapaċi tagħmel li hemm bżonn biex tgħix il-ħajja li tixtieq” – Lydia Abela

Fuq il-midja soċjali mart il-Prim Ministru, Lydia Abela għaddiet messaġġ lil dawk li qed isofru fis-silenzju minħabba l-vjolenza domestika jew vjolenza tal-ġeneru. Qalet li l-problema ta’ dawn in-nies hija li jaħsbu li ħadd ma jista’ jifhimhom, minħabba l-mistħija jew il-biża’.

Abela qalet li dawn il-persuni huma kapaċi jagħmlu li hemm bżonn biex jgħixu l-ħajja li jixtiequ, ’il bogħod mill-abbuż u mill-biża’. Appellat lil dawn il-persuni biex ikunu kapaċi jieħdu l-ewwel pass lejn ħajja sigura għalihom u għal uliedhom.

“Int min int, m’għandekx taċċetta qatt l-abbuż u l-vjolenza u m’għand ħadd għaliex min iħobb verament ma jagħmilx dawn l-affarijiet”, kompliet tappella mart il-Prim Ministru.

Abela temmet tappella lil dawn in-nies biex iċemplu fuq in-numri 179 jew 112 sabiex isibu l-għajnuna neċessarja għax jekk ma jsir xejn xejn mhu se jinbidel.

Share With: