Inter iħabbru telf finanzjarju

Fi stqarrija li ħarġu Inter ħabbru li kellhom tnaqqis ekonomiku ta’ €30 miljun bl-ispejjeż li żdiedu għal madwar €70 miljun.

L-ogħla awtoritajiet Neroazzurri komplew jgħidu li s-sitwazzjoni finanzjarja tal-club matul dawn l-aħħar disa’ xhur ħadet daqqa ta’ ħarta minħabba l-pandemija mhux mistennija tal-COVID-19.

L-istqarrija tkompli tgħid li ħafna mit-tnaqqis ġie minħabba li ma kienx hemm qligħ kummerċjali ġenerat mill-bejgħ tal-biljetti u prodotti uffiċjali tal-club.

Barra minn hekk it-team minn Milan ra t-terminazzjoni tal-kuntratt ta’ Fullshare Holding Limited li kienu qed jiffinanzjaw parti mill-qligħ tal-club.

Share With: