Inter iridu jżommu lil Alexis Sanchez

F’dawn l-aħħar ġimgħat spikka ferm l-attakkant Ċilen, Alexis Sanchez, li qed ikun deċiżiv għal Inter mhux biss għall-goals li skorja iżda wkoll għall-assists li qed iwettaq. 

Dan kollu qed iġiegħel lid-direttur sportiv ta’ Inter, Giuseppe Marotta, sabiex jiftiehem mad-diriġenti ta’ Manchester United u jżommu lill-player Sudamerikan anke wara l-5 ta’ Awwissu meta huwa mistenni li jintemm s-Serie A.

Fil-fatt Inter se jilagħbu l-logħba mill-UEFA Europa League kontra Getafe u jixtiequ li Sanchez ikun għadu magħhom. 

Mhux mistenni jkun ftehim faċli minħabba li Manchester United iridu trasferiment definittiv filwaqt li Inter qed jinsistu fuq tiġdid ta’ self.

Sanchez lagħab 17-il logħba u skorja tliet goals mat-team immexxi minn Antonio Conte.

Share With: