Inter iridu lil Ezequiel Garay
Hekk kif id-difensur veteran Urugwajan, Diego Godin, jinsab ferm viċin li jħalli lil Inter wara biss staġun, il-club min-naħa ta’ fuq tal-Italja qed jaħdem biex isib sostitut denju għalih.
L-għażla tal-coach Antonio Conte waqgħet fuq id-difensur ta’ Valencia, Ezequiel Garay. Dan tal-aħħar għandu 33 sena u hu ta’ nazzjonalitá Arġentina li qed jilgħab l-aħħar ġimgħat mal-club Spanjol hekk kif se jkun qed jiskadilu l-kuntratt magħhom.
B’hekk id-direttur sportiv ta’ Inter, Giuseppe Marotta, se jkun jista’ jieħu lil dan il-player b’xejn minħabba li se jkun aġent ħieles.
Inter iridu joqogħdu attenti minn clubs oħra Ewropej bħal Benfica, Real Betis u Sevilla li wkoll jixtiequ s-servizzi tiegħu.