Inter u Juventus kienu interessati f’Victor Osimhen

Hekk kif rapporti qed jgħidu li l-attakkant Niġerjan Victor Osimhen għadda mit-test mediku fil-klinika ta’ Napoli, l-aġent tiegħu żvela li ftit tas-snin ilu kemm Juventus kif ukoll Inter xtaqu jiksbu s-servizzi tiegħu. 

Il-player ta’ 21 sena hu pass ‘il bogħod milli jsir player ta’ Napoli b’dawn tal-aħħar li lesti jħallsu s-somma ta’ €80 miljun għalih filwaqt li jinkludu wkoll lil Adam Ounas fit-trattativa.

L-aġent Patrick Bastinelli faħħar lil dawn iż-żewġ clubs li sabu lil dan il-player għalkemm xorta kellu xi ftit tal-kritika li m’għamlux biżżejjed biex jakkwistawh.

Osimhen kien għad kellu biss 17-il sena meta ġie nnotat mill-iscouts Bianconeri u Nerazzurri iżda dak iż-żmien ma sar xejn. Huwa għalhekk li l-player żagħżugħ min-Niġerja beda l-karriera Ewropea ma’ Wolfsburg biex lagħab ukoll ma’ Charleroi u eventwalment Lille. 

Share With: