Inter wara Mario Mandzukic?

Sar magħruf li l-attakkant veteran Kroat, Mario Mandzukic, ħalla lill-club mill-Qatar, Al Duhail, wara biss sitt xhur. Kien l-istess Mandzukic li kiteb fuq il-profil personali tiegħu fuq Twitter li huwa aġent ħieles wara li xolja l-kuntratt tiegħu minn ma’ dan it-team. Huwa rringrazzja lid-diriġenti kollha ta’ Al Duhail tal-merħba li tawh iżda wasal iż-żmien li jfittxu toroq separati.

Jidher li l-player ta’ 34 sena ma tantx għoġbitu l-avventura f’dan il-pajjiż. Huwa lagħab biss ħames partiti ma’ dan il-club iżda naqas milli jsib ix-xibka.

Sadanittant huwa mifhum li Inter qed jippruvaw jiksbu s-servizzi tiegħu iżda dan kollu għadu biss spekulazzjoni.

Fil-passat, Mandzukic lagħab ukoll ma’ Wolfsburg, Bayern Munich, Atletico Madrid u Juventus.

Share With: