Intopp fl-ingaġġ ta’ Ralf Rangnick

AC Milan jistgħu jinqalagħlhom xi problemi fit-tentattiv li jiksbu s-servizzi ta’ Ralf Rangnick bħala l-coach u direttur tekniku għall-istaġun li ġej. Dan kollu jista’ jinqala’ minħabba li RB Salzburg qed jitolbu s-somma ta’ €8 miljun biex jirrilaxxawh mill-kuntratt eżistenti tiegħu.

Huwa fatt magħruf li r-Rossoneri ilhom f’negozjati mal-coach ta’ 62 sena biex jieħu f’idejh it-tmexxija teknika għal dawn l-aħħar seba’ xhur. Sadanittant huma tawh iċ-ċans jibda jfittex il-players ideali għat-tattika tiegħu.

Dan l-intopp xejn ma jawgura tajjeb skont diversi opinjonisti tal-football Taljan minħabba li jfisser aktar spejjeż għall-club li f’dawn l-aħħar snin bata ħafna minn problemi finanzjarji.

Fl-istess waqt hemm ix-xniegħa li Milan jistgħu jipposponu l-akkwist ta’ Rangnick b’sena aktar u aktar meta Gazidis qed isib pressjoni oħra ma’ wiċċu minħabba li l-coach attwali Stefano Pioli qed jagħmel xogħlu bl-aħjar mod mar-Rossoneri … fejn qed jaslu wkoll ir-riżultati.

Share With: