Investiment fil-club tal-Boċċi f’Ħaż-Żebbuġ

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg żar il-Club tal-Boċċi f’Ħaż-Żebbuġ fejn b’investiment ta’ madwar €12,500, id-Dipartiment għax-Xogħlijiet Pubbliċi wettaq riġenerazzjoni li kienet tinkludi tikħil u żebgħa mal-faċċata, mal-pitch u fuq il-bejt kif ukoll xogħol fuq ix-xibka tal-pitch.

“Kommessi li nkomplu ninvestu fil-komunitajiet kollha tagħna, kemm fis-sens ta’ komunitajiet lokali bħal irħula u bliet kif ukoll komunitajiet oħra bħal dik sportiva. Illum qegħdin hawn f’din il-faċilità ċentrali għal raħal ieħor, faċilità fost numru akbar ta’ ċentri, binjiet u spazji li d-Dipartiment għax-Xogħlijiet Pubbliċi ħoloq jew tejjeb għal diversi għaqdiet sportivi oħra. Se nkomplu ninvestu fil-kwalità tal-ħajja tan-nies ġewwa l-komunitajiet”, qal il-Ministru Ian Borg.

Share With: