“Ir-realtajiet paralleli f’pajjiżna qed jinħarġu mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru” – id-Deputata Nazzjonalista Therese Comodini Cachia

Id-Deputata Nazzjonalista, Therese Comodini Cachia fid-dibattitu dwar l-abbozz ta’ liġi dwar l-att dwar ix-xandir, tkellmet dwar il-protezzjoni tal-minuri u qalet li din il-protezzjoni ma tistax tibqa’ biss fuq il-karta tal-liġi. “Irridu naħdmu ħafna aktar biex il-minuri jkunu protetti. Nistieden lill-Awtorità tax-Xandir biex tara kif taħdem mal-edukaturi biex nedukaw aktar lit-tfal dwar dak li jistgħu jiltaqgħu miegħu fil-mezzi awdjoviżivi”.

Sostniet li “llum ir-realtajiet paralleli qed jinħolqu mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.  Waqt li l-litteriżmu tal-midja għandu jiġi indirizzat, għalfejn għandu jidħol il-Ministru? Għalfejn l-bord se jkollu konsultazzjoni u assistenza minn entitajiet governattivi?  Jew se nimxu ‘l quddiem b’linja dritta fejn il-Ministru u l-midja jkunu l-bogħod minn xulxin? Jew anki issa irridu inkomplu ninfluwenzaw”.

Share With: