Ir-rekords kollha li kisru Liverpool

L-ewwel titlu tagħhom tal-kampjonat Ingliż fi 30 sena għal Liverpool kien mingħajr argumenti l-iktar wieħed impressjonanti mid-19 li rebħu wara staġun ta’ do­­minanza totali.

Dawn li ġejjin huma rekords li ġew miksura jew milħuqa mir-Reds dan l-istaġun.

* It-team ta’ Jugen Klopp issiġilla t-titlu b’seba’ logħbiet fuq ir-riħ, biex issuperaw lil Manchester United (2000-01) u lil Manchester City (2017-18) li ssiġillaw it-titli rispettivi tagħhom b’ħames logħbiet qabel it-tmiem.

* Liverpool saru l-ewwel team li rebaħ il-kampjonat fi tmien diċenji differenti – 1900s, 1920s, 1940s, 1960s, 1970s, 1980s, 1990s u 2020s.

* Ir-rebħa 3-1 ta’ Liverpool kontra Newcastle United kienet it-32 waħda tagħhom dan l-istaġun, fejn laħqu r-rekord tas-City għall- iktar rebħiet  f’kampanja tal-Premier League.

* Ir-rebħa ta’ Liverpool li huma kisbu 2-0 fuq Aston Villa fil-5 ta’ Lulju tawlet ir-rekord ta’ rebħiet konsekuttivi f’darhom fil-kampjonat għal 24. Ir-rekord kienet il-marka ta’ 20 tas-City. Fil-ġimgħa ta’ wara t-team ta’ Klopp ġie miżmum draw 1-1 minn Burnley li waq­qfulhom din is-sensiela.

* Meta fi Frar għelbu lil West Ham United kienet it-18-il rebħa konsekuttiva fil-kampjonat, li biha laħqu r-rekord ta’ Manchester City. Huma tilfu l-logħba ta’ wara għand Watford.

* Fl-1 ta’ Frar huma għelbu lil Southampton 4-0 biex fetħu vantaġġ ta’ 22 punt iktar mis-City fl-quċċata tal-klassifika għall-ikbar distakk fl-istorja tal-Premier League. Dan kiber għal 25 punt wara r-rebħa 1-0 kontra Norwich City aktar tard fl-istess xahar.

* Ir-rebħa 1-0 ta’ Liverpool għand Tottenham Hotspur fil-11 ta’ Jannar kienet tfisser rekord ġdid ta’ punti miksuba fl-ewwel 21 logħba fi kwalunkwe kampjonat minn xi wieħed mill-‘Big Five’ tal-Ewropa (61).

* Huma rebħu s-sitt logħbiet li kien imiss biex tellgħu t-total tagħhom tal-punti għal 79 mill-ewwel 27 logħba qabel ma tilfu 3-0 għand Watford.

* Bir-rebħa tagħhom għand Tottenham, Liverpool waqqfu rekord għall-iktar punti mirbuħa fuq medda ta’ 38 logħba fil-Premier League (104) li ssuperat il-102 punti tas-City u ta’ Chelsea.

* Liverpool għelbu 18 mid-19-il team fil-kampjonat qabel il-logħba kontra West Ham tad-29 ta’ Jannar. Ir-rebħa ta’ 2-0 fuq il-Hammers kienet l-ewwel darba li huma għelbu lil kull team fi staġun wieħed fl-ogħla diviżjoni fl-istorja tal-club tagħhom ta’ 127 sena.

* Liverpool rebħu 18 mid-19-il loghba f’Anfield, u b’hekk laħqu l-kisbiet ta’ Chelsea (2005-06), Manchester City (2011–12, 2018–19) u Manchester United (2010-11).

* Liverpool kisbu 55 punt mil-logħbiet f’darhom dan l-istaġun biex laħqu r-rekord ta’ Chelsea (2005-06), Manchester United (2010-11) u Manchester City (2011-12).

* Liverpool għelbu lil Newcastle fl-aħħar logħba tal-istaġun biex waqqfu rekord tal-club ta’ 14-il rebħa away f’kampanja tal- kampjonat.

* Mohamed Salah sar l-ewwel player ta’ Liverpool li skorja 20 goal fil-kompetizzjonijiet kollha fi tliet staġuni konsekuttivi minn Michael Owen bejn l-2000-01 u l-2002-03 meta l-attakkant Eġizzjan skorja fir-rebħa 2-1 kontra Bournemouth.

Share With: