Ir-Royal Malta Yacht Club tospita l-ewwel tellieqa offshore tas-sena

L-ewwel tellieqa offshore tar-Royal Malta Yacht Club, wara li reġgħu bdew it-tlielaq, kienet tellieqa lejn Marina di Ragusa. L-avveniment seħħet wara li sar possibbli t-tbaħħir lejn Sqallija. Minkejja l-avviż qasir it-tellieqa irnexxiela tattira flotta mdaqqsa.

Taħt id-direzzjoni tal-Uffiċjal tat-Tlielaq Peter Dimech u t-tim ta’ voluntiera tiegħu, l-flotta telqet lejn Sqallija, il-Ġimgħa filgħodu. Minkejja l-flotta kienet maqsuma fi tliet klassijiet – IRC, Club Cruiser u Multihull, Dimech iddeċieda jgħamel bidu wieħed għal kulħadd, bil-flotta titlaq minn Marsamxett fit-tmienja ta’ fil-għodu. Il-kundizzjoni tar-riħ kienu madwar ħames mil-nawtiku.

Malta – Ragusa

Għalkemm it-tbassir tar-riħ ħafif ma tantx kien inkoraġġanti, ż-żiffa kienet aħjar milli mistennija u kostanti biżżejjed biex tippermetti lid-dgħajjes jagħmlu progress pjuttost tajjeb mingħajr waqfien.

Id-dgħajjes aktar veloċi waslu ġewwa Ragusa kmieni filgħaxija, bil-jott Xpresso ta’ Sean Borg jasal l-ewwel. Huwa ġie segwit ftit tal-ħin wara minn Maltese Falcon ta ‘Jonathan Camilleri Bowman. Minkejja bidu tajjeb, Comanche Raider kellu xi sfidi tekniċi li rriżulta bl-irtirar tiegħu.

Inspiration ta’ Godwin Zammit spiċċat 12-il sekonda biss wara l-iskadenza tal-ħin stabbilit, filwaqt li d-dgħajjes li fadal kellhom rtiraw.

Ragusa – Malta

Il-kundizzjoni tat-temp kienu mistennija li jkunu aħjar għar-ritorn lejn Malta. Ir-riħ kostanti mit-Tramuntana għin sabiex il-flotta jkolla ritmu mgħaġġel minkejja perjodu qasir li fih ir-riħ naqas. Ladarba ż-żiffa reġgħet qabdet , it-tellieqa kienet waħda spettakolari li mal wasla tal-jottijiet ħdejn Tigne Point, ngħatat spettaklu lill-għawwiema li kienu fl-inħawi il-Ħadd wara nofsinhar.

Wara li sarulha t-tiswijiet meħtieġa f’Ragusa, Comanche Raider III kienet l-ewwel tad-dgħajsa li waslet Malta. Hi kellha battalja mill-qrib matul l-aħħar mili ma’ Xpresso. Comanche Raider III ħadet line honours fuq Xpresso b’tlettax-il sekonda vantaġġ. Madankollu, fl-aħħar kien Time Out ta’ Mario Sant li rebaħ it-tellieqa fuq il-ħin korrett.

Mario Sant wara t-tellieqa ikkummenta dwar il-ħeġġa li l-ekwipaġġ ta’Time Out kellu biex jtellqu. Għalkemm kellhom bidu tajjeb, Time Out eventwalment ġew megħluba mid-dgħajjes ikbar – Xpresso & Comanche. Madankollu, huma baqgħu jissieltu sal-aħħar sekonda sabiex jiksbu rizultat tajjeb.

Sadanittant, kien hemm battalja mill-qrib bejn Maltese Falcon u Inspiration għal ħafna ħin matul it-tellieqa. Din spiċċat b’mod spettakolari b’Inspiration tispiċċa fuq quddiem. It-tattika ta’Zammit wriet l-esperjenza tiegħu. Dan irriżulta wkoll li Inspiration kienet l-unika jot li spiċċat fil-Klassi Cruiser.


“Dan it-tmiem il-ġimgħa kien bidu tajjeb għal-programm tat-tlielaq. Ringrazjament jmur lejn il-Porto Touristico ta ‘Marina di Ragusa għall-ospitalità tagħhom, iċ-Circolo Velico Kaukana u l-Capitaneria di Porto ta’ Marina di Ragusa għall-għajnuna tagħhom, , kif ukoll għall-kumitat tat-tellieqa tal- RMYC u kull min ta il-kontribut lejnorganizzazzjoni ġenerali. ”-Godwin Zammit, Commodore, Royal Malta Yacht Club.


L-avveniment li jmiss fil-Kalendarju tat-Tlielaq tal-Klabb huwa s-60 Edizzjoni tal-Malta-Syracuse Race li hija skedata li ssir nhar is-Sibt 1 ta ’Awwissu. It-tellieqa se tibda minn Malta u numru tajjeb ta’ dgħajjes Sqallin huma mistennija jieħdu sehem flimkien mal-flotta Maltija. Flimkien mal-Lega Navale Italia, ir-Royal Malta Yacht Club qed torganizza wkoll it-tieni tellieqa minn Siracusa sa Taormina li se ssir nhar it-Tnejn 3 ta ’Awwissu.

Iktar informazzjoni tinstab fuq is-sit elettroniku tal-Klabb – www.rmyc.org.

Share With: