Ir-Russja tappoġġja li jieqfu l-attakki u li jsiru taħditiet politiċi dwar il-Libja

Uffiċjal Russu kkonferma li r-Russja tappoġġja kompletament il-waqfien minnufih tal-ġlied fil-Libja u l-bidu ta’ djalogu politiku dwar arranġamenti wara l-gwerra fil-pajjiż, li huma aċċettabbli għan-naħat kollha. 

Il-mibgħut Presidenzjali Russu għal-Lvant Nofsani u l-Afrika ta’ Fuq, id-Deputat Ministru għall-Affarijiet Barranin Mikhail Bogdanov qal li r-Russja se tkompli tagħmel pressjoni fuq it-Turkija biex tinfluwenza lill-Gvern ta’ Ftehim Nazzjonali, flimkien mal-Amerikani, Ewropej u pajjiżi oħra biex jintleħaq ftehim.

Share With: