Is-Senat Taljan japprova aktar fondi għal missjoni militari fil-Libja

Is-Senat Taljan leħaq ftehim li jkompli jagħti l-fondi għal missjoni militari fil-Libja biex iħarreġ lill-gwardja tal-kosta fl-isforzi biex iwaqqfu l-immigrazzjoni illegali. 

Kienu 260 membru parlamentari li approvaw il-mozzjoni għall-fondi fis-Senat Taljan, filwaqt li 14-il membru kienu kontra u tnejn oħra astjenew. 

Min-naħa tagħhom, il-Moviment Cinque Stelle qal li l-koperazzjoni mal-Libja m’għandhiex tibqa’ bilaterjali biss, iżda testendi fuq livell Ewropew ħalli d-drittijiet tal-immigranti jiġu ppreservati. 

Intant, il-Ministru tad-Difiża Taljan, Lorenzo Guerini qal li l-Italja tappoġġja l-waqfien immedjat tal-attakki u r-ritorn għall-proċess politiku fil-Libja. Żied jgħid li ma jistax ikun hemm soluzzjoni militari għall-kriżi. 

Share With: