Is-Sindku ta’ San Pawl jgħid li fl-eks-lukanda Paloma qed jgħixu 150 persuna bla dawl u l-ilma

Is-Sindku ta’ San Pawl il-Baħar, Alfred Grima kiteb fuq il-midja soċjali li f’dik li kienet il-lukanda Paloma, fi Triq il-Ġifen, hu mifhum li qegħdin jgħixu mal-150 resident bla servizz tad-dawl u l-ilma.

Hu qal li jekk dan hu l-każ, allura hemm nuqqas serju ta’ sanità u għalhekk jistenna li d-Direttorat għas-Saħħa Pubblika jaġixxi b’mod immedjat biex iħares is-saħħa tar-residenti tal-madwar.  

Alfred Grima qal li bid-dħul fis-seħħ tal-Att dwar il-kera fl-2019, kull kuntratt ta’ kirja jrid jiġi rreġistrat, fejn l-Awtorità kompetenti għandha s-setgħa kollha li tinforza standards minimi ta’ abitabbiltà fil-fondi offruti għall-kera. Bl-istess mod qal li hu jistenna, lill-awtorità kkonċernata li tara li l-liġi tal-kera qiegħda tiġi rispettata.

Share With: