Isofri ġrieħi gravi f’ħabta bejn karozza u mutur

Raġel ta’ 51 sena sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’San Ġiljan. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-2.45 p.m. fi Triq Sant’Andrija.

Mill-ewwel stħarriġ tal-Pulizija jirriżulta li kienet seħħet ħabta bejn vetura tal-għamla VW Golf li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 36 sena residenti San Pawl il-Baħar u mutur tal-għamla Yamaha li kien qed jinstaq mir-raġel ta’ 51 sena.

Is-sewwieq tal-mutur ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard kien iċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Share With: