Isofri ġrieħi gravi wara li jinqaleb bil-karozza fis-Siġġiewi

Raġel ta’ 50 sena residenti iż-Żurrieq, qiegħed jingħata l-kura fl-Isptar Mater Dei għal ġrieħi gravi li sofra f’inċident tat-traffiku fis-Siġġiewi.

L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-5.30 p.m., fi Triq San Niklaw. Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post, fejn sabu vettura tal-għamla Nissan Qashqai maqluba. 

Minn l-investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li, għal xi raġuni, ix-xufier tilef il-kontroll bil-konsegwenza li l-vettura nqalbet. 

Ix-xufier ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Share With: