Isofri ġrieħi serji wara li tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq fin-Naxxar

Raġel qed isofri minn ġrieħi serji wara li aktar kmieni għall-ħabta tat-2:45 p.m kien involut f’inċident stradali li seħħ fi Triq il-Kosta fin-Naxxar direzzjoni lejn San Ġiljan.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li mutur tat-tip Aprilia misjuq minn raġel ta’ 29 sena residenti Bormla għal xi raġuni ħabat mal-ħajt li jifred iż-żewġ toroq u tkaxkar għal diversi metri.

Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur lejn l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Ian Farrugia li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti biex jassistuh.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Share With: