Issir il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-MFA

Ritratt: Walter Sargent

Sena wara mindu ngħata l-mandat ta’ erba’ snin biex imexxi l-akbar assoċjazzjoni sportiv f’pajjiżna, il-president tal-Malta Football Association, Bjorn Vassallo, indirizza lir-rappreżentanti tal-clubs waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali li saret il-bie­raħ fil-għaxija, f’lukanda fil-Qawra.

Fost affarijiet oħra, is-Sur Vassallo, elenka ż-żminijiet diffiċli li l-assoċjazzjonijiet għaddiet minnhom minħabba l-Co­vid-19.

Huwa qal li: “Kienet sena ta’ sfida, fejn qatt ma immaġinajna li niltaqgħu ma’ dan il-għawġ li ltqajna miegħu.  Pero kienet sena li saħħitna u li tatna nifs biex nirriġeneraw fuq l-aspetti  l-aktar ta’ prijorità. Issa li qed nerġgħu nqumu fuq saqajna, ċert li se noħorġu aktar b’saħħitna milli konna qabel.

“Matul dawn l-aħħar xhur li raw lil pajjiżna jieqaf, indirizzajna d-diffikultajiet li ltaqgħu magħhom il-clubs minħabba din il-pandemija.

“L-Assoċjazzjoni nediet pakkett finanzjarju sabiex tgħin kif tista’ biex jittaffew ftit mill-problemi finanzjajri li ltaqgħu magħhom il-clubs minħabba dan il-perjodu ta’ inċertezza.

“In-nefqa totali li kienet ivvuttata biex l-impatt finanzjarju fuq il-clubs ikun minimu kemm jista’ jkun u biex l-MFA tkompli ssostni l-operat tal-kompetizzjonijiet, illum jagħmel terz mill-fatturat totali ġġenerat.”

F’din il-laqgħa, inqara wkoll ir-rapport finanzjarju għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Marzu, 2020.

Ir-rapport finanzjarju, ippreżentat mit-Teżorier tal-MFA, Ivan Mizzi, u approvat mill-AGM, wera dħul operattiv ta’ €8.9 miljun għall-ista­ġun 2019-20 waqt li l-infieq totali kien dak ta’ €9.6 miljun.

€3.2 miljun tal-infieq tal-Assoċjazzjoni ġie minn fuq f’kompetizzjonijiet domestiċi u assistenza lill-clubs. Apparti mill-kompetizzjonijiet domestiċi, vjaġġar u spej­jeż relatati ma’ akkomodaz­zjoni għat-timijiet nazzjonali fil-livelli kollha, salarji, faċilitajiet sportivi u kont tal-manutenzjoni għall-porzjoni sin­jifikanti tal-infieq tal-assoċjazzjoni.

Min-naħa l-oħra, id-dħul ewlieni tal-MFA kienu l-grants tal-UEFA (€3.1 miljun), drittijiet televiżivi  (€2.5 miljun), faċilitiajiet sportivi (€942,000) u l-programm FIFA Forward (€700,0000).

L-MFA irċeviet ukoll grant straordinarju ta’ €4.5 miljun permezz tal-programm UEFA Hat-Trick Five.

Fl-istaġun 2019-20, l-MFA żammet l-impenn tar-responsabbiltá soċjali hekk kif 20 NGO’s bbenifikaw minn donazzjoni finanzjarja u assistenza oħra mill-programm Football For Life, li jammontaw għal €86,000.

 L-accounts awditjati juru li l-MFA kienet għamlet surplus ta’ dħul fuq l-infieq ta’ €1.27 miljun.

KUMITAT EŻEKUTTIV

Il-kandidati nominati biex jimlew l-14-il post ta’ Membri Ordinarji tal-Kumitat Eżekuttiv għall-istaġun 2020/21:

– Membri tal-Kunsill li jirrapreżentaw lill-Clubs Membri f’Diviżjonijiet diversi:

Premier Division: Victor Cassar u George Galea.

I Diviżjoni: Joseph Sammut u Stefan Vella

II Diviżjoni: Godfrey Borg u Raymond Micallef

III Diviżjoni: Robert Camil­leri u Dr Cory Greenland

– Membri tal-Kunsill li jirrapreżentaw Clubs Membri in ġenerali (Hawnhekk kellha ssir elezzjoni għal żewġ postijiet battala):

Jesmond Abela 54 vot (E)

Chris Grech 51 vot – (E)

Chris Muscat 46 vot

Dr Peter Fenech 42 vot

– Membru tal-Kunsill li jirrapreżenta l-Youth FA (YFA):

Joe Micallef

– Membri tal-Kunsill li jirrapreżenta l-Gozo FA (GFA):

Dr Samuel Azzopardi

Share With: