It-tieni splużjoni f’impjant tal-enerġija fl-Iran fi żmien ftit ġimgħat

Aktar kmieni llum fil-Provinċja Iranjana ta’ Isfahan seħħet splużjoni f’impjant tal-enerġija. Dan skont rapporti tal-aġenzija tal-aħbarijiet Iranjana IRNA.

L-aġenzija tal-aħbarijiet ikkwotat lil Saeid Mohseni, il-kap eżekuttiv ta’ Esfahan Power Generation Co., jgħid li l-isplużjoni ma wasslitx biex l-impjant iwaqqaf il-ġenerazzjoni tal-elettriku.

Jidher li l-inċident seħħ minħabba problemi tekniċi fl-impjant, b’ħadd ma jindarab.

L-isplużjoni tal-lum seħħet wara li fil-bidu ta’ Lulju seħħet splużjoni fil-faċilità nukleari ta’ Natanza. Minn dakinhar ’l hawn l-Organizzazzjoni għall-Enerġija Atomika qalet li l-faċilità qed topera b’mod normali minħabba li r-reattur ma ġarrab l-ebda ħsarat fl-isplużjoni. Ħadd ma kien indarab f’dan l-inċident.

Share With: