It-tifel bid-Down Syndrome li qasam il-qlub tas-segwaċi … qiegħed l-isptar bil-Covid-19

Tifel ta’ tliet snin bid-Down Syndrome spiċċa fit-taqsima tal-kura intensiva wara li ġie infettat bil-virus tal-Covid-19.

Francisco Guedes Bombini, magħruf aħjar bħala ‘Super Boy’ qasam il-qlub ta’ dawk li qraw dwar l-istorja tiegħu wara li spiċċa infettat. Din mhix l-ewwel battalja taċ-ċkejken tant li l-ewwel ġranet ta’ ħajtu mill-ewwel offrew ċertu sfidi wara li twieled qabel iż-żmien. Aktar tard huwa kellu jagħmel operazzjonijiet fil-kliewi u f’qalbu fost kumplikazzjonijiet oħra.

Kienet ommu Daniela li tgħix fil-belt ta’ Bauru f’San Paolo fil-Brażil li kkonfermat l-aħħar sfida li qed jaffaċċja binha.

Share With: